Żagħżugħ ta’ 21 sena residenti Marsaskala, ġie arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ ammont
tad-droga.
Dan wara li Ilbieraħ, għall-ħabta tal-10:00 ta’ filgħaxija, il-Pulizija tad-Distrett tal-Qawra ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Qawra minħabba li kien qam argument bejn xi persuni.
Meta waslu fuq il-post, il-Pulizija sabu li l-argument kien waqaf u l-persuni involuti laħqu telqu minn fuq il-post. Iżda ġie nnutat li kien hemm xi ħsara fuq vettura u mutur li kienu pparkkjati. Waqt li l-Pulizija kienet għaddejja bl-investigazzjonijiet, ġew infurmati li f’vettura li kienet qed tinstaq fl-istess triq, hemm in-nies li kienu involti fl-argument.
Il-Pulizija minnufih waqfet il-vettura tal-għamla Reanult Zoe li mill-ewwel qajmet suspett.
Għaldaqstant, il-Pulizija għamlu tfittxija fil-vettura u fuq ix-xufier, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena u nstab ammont ta’ sustanza suspettat droga ħaxixa tal-cannabis, żewġ mobiles u ammont ta’ flus kontanti.
Iż-żagħużgħ ġie arrestat u ttieħed fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Furjana.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ qed jitmexxew mid-Distrett tal-Qawra.