Diversi jiem ta’ ħidma intensiva mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana wasslu għall-arrest ta’ Rumen ta’ 31 sena.
Id-droga kienet lesta biex tiġi ttraffikata.
Il-vettura kienet għadha kemm waslet Malta minn Pozzallo.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bis-sejba u għaldaqstant ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada, b’akkużi relatati mal-importazzjoni u l-pussess aggravat tal-pjanta tal-kannabis.