Brandon Cassar, ta’ 19-il sena mill-Marsa ġie arrestat wara li kiser numru ta’ kundizzjonijiet marbuta ma’ libertà proviżorja li kien ingħata qabel.
Cassar falla milli jmur jiffirma f’għassa tal-Pulizija wara li tmien xhur ilu allegatament kien involut f’serq mid-Dwana. Xahrejn wara reġa’ tressaq il-Qorti wara li kien involut f’inċident tat-traffiku b’mutur li allegatament kien misruq u li ħarab minn fuq is-sit tal-inċident.
Hekk kif Cassar falla milli jiffirma fl-għassa, il-Pulizija marru fid-dar tiegħu fejn ma sabuhx għalkemm suppost kellu jkun id-dar minħabba kundizzjoni oħra marbuta mal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata.