Niġerjan ta’ ħamsa u għoxrin sena ġie arrestat, mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, wara li l-Pulizija daħlilha rapport li kien hemm raġel li kien qed jkisser il-ħġieġ ta’ xi vetturi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq Cassarino, San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post irriżulta li r-raġel instab b’ħadida twila f’idejh u li kien qed iġorr ukoll sikkina twila u ħadida oħra.
Waqt li kien qed jiġi arrestat, ir-raġel sar aggressiv u l-Pulizija kienu kostretti jużaw il-pepper spray.
Waqt l-arrest huwa għamel ħsarat fuq vettura tas-servizz u żewġ kuntistabbli tal-RIU sofrew ġrieħi ħfief.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-lock up tal-Pulizija, il-Furjana.