It-Tnejn waranofsinhar il-Pulizija arrestat raġel li allegatament kien fil-pussess ta’ arma tan-nar f’Ħal Għargħur.Kien għal ħabta tat-tlieta ta’ wara nofs in-nhar li l-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit marru fi Triq Stiefnu Zerafa wara li waslilha rapport ta’ raġel suspettuż li kien ilu ħin twil f’karozza pparkjata fl-istess triq.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-Pulizija għamlu tfittxija estensiva fil-karozza fejn allegatament sabu pistola u żewġt iskieken.
Ir-raġel ittieħed fl-għassa tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.