Raġel ġie arrestat wara li ħataf mobile minn idejn mara fil-Marsa.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta’ nofsinhar u għaxra meta membri mir–Rapid Intervention Unit, ġew imwaqqfa
minn raġel fi Triq Diċembru 13, il-Marsa, direzzjoni lejn il Belt Valletta, fejn infurmhom li raġel ta’
nazzjonalita’ barranija, kien għadu kemm ħataf mobile phone minn idejn mara u ħarab minn fuq il-post.
Il-Pulizija kellmu lil din l-istess mara, fejn wara li tat deskrizzjoni tal-aggressur, il-Pulizija immedjatament
telqu jiġru wara l-aggressur u arrestawh.
Waqt l-arrest ir-raġel rema’ l-istess mobile phone, iżda dan instab wara ftit, minn membri oħra tar-Rapid
Intervention Unit li marru jassistu.
Ir-raġel ittieħed l-Għassa tal-Ħamrun għal iżjed investigazzjonijiet.