Raġel ta’ 58 sena mill-Mosta baqa’ dieħel f’żewġ vetturi u f’xi pots tal-qsari ta’ kafetterija li tinsab fis-Swieqi.
Minn informazzjoni li għandha l-Pulizija, jidher li dan il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra neqsin kwart ta’ filgħaxija fi Triq l-Ibraġġ.
Kien ikkonfermat li dan ir-raġel kien qed isuq taħt l-influwenza tal-alkaħol u ġie arrestat ftit tal-ħin wara sabiex isirlu l-breathylyser test.
B’xorti tajba, ħadd ma weġġa f’dan il-każ.