Raġel Portugiż ta’ 22 sena, daħal jieħu r-ritratti tal-annimali fil-park tal-Imtaħleb qed jinżamm arrestat mill-Pulizija. Dan wara li allegatament inqabad jidħol fil-propjetà mis-sid stess li talab l-assistenza tal-Pulizija.
Jidher li ntbgħatet ambulanza fuq il-post wara dawk preżenti fuq il-post allegatament ġew fl-idejn u xi ħadd safa’ ferut.
Il-park tal-Imtaħleb ħa n-nar fit-3 t’Ottubru li għadda. Għalkemm ħafna annimali laħqu ġew salvati, kawża tal-inċident mietu diversi annimali, fosthom panteri u xadini.
Iktar dettalji fil-ħin li ġej.