Raġel ta’ 39 sena mill-Marsa kien arrestat mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd wara li allegatament wettaq diversi serqiet minn ħwienet differenti.
Huwa se jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tan-12:30, fejn se jaffaċċja 20 akkuża, fosthom li bejn is-7 u s-16 ta’ Jannar wettaq sitt serqiet f’Ħal Qormi, f’Tas-Sliema, fil-Gżira u fl-Iklin.
Is-seduta se tkun ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.