Svediż ġie arrestat fil-Myanmar, wara li ħoloq film li allegatament huwa ta’ offiża għat-twemmin tal-Buddiżmu.
Dan ġie rraportat mill-midja tal-istat fil-pajjiż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Isvediż, li għandu 52 sena, ġie arrestat flimkien ma’ 13-il persuna oħra, fosthom tifla ta’ 12-il sena, mill-Myanmar stess.
Dan ir-rapurtaġġ ma nkludiex dettalji dwar fejn dawn jinsabu.
Il-Myanmar, bil-maġġoranza tal-popolazzjoni tiegħu iħaddu t-twemmin Buddista, ilu mmexxi mill-armata minn Frar tal-2021, liema armata kissret id-demokrazija li kien immexxi biha l-pajjiż.