Somalu ta’ 24 sena li joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex qed jinżamm arrestat wara li allegatament aggredixxa Somalu ieħor f’Marsalforn.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li qed tfittex Somalu ieħor li hu mifhum li kien ukoll involut fl-istess aggressjoni.
Il-każ ġara lbieraħ għall-ħabta tat-8:00 ta’ filgħaxija fi Triq il-Port f’Marsalforn, meta allegatament iż-żewġ Somali taw daqqiet ta’ ħadida u serqu flus kontanti lil Somalu ieħor ta’ 24 sena li joqgħod il-Munxar Għawdex.
Il-pulizija qalet li wara s-serqa ż-żewġ aggressuri ħarbu minn fuq il-post.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2020/01/27/isofri-minn-griehi-gravi-wara-argument-fmarsalforn/?fbclid=IwAR01hab-e7Ilj2R0ukF166BLNpR6C6aMaiF5i-0dHuc75ka5fJyp9P0nKMg