Tunezin t’40 sena inzamm arrestat f’Berlin b’konnesjoni mal-attakk terroristiku li seħħ il-Ġimgħa l-ghaddiet f’suq tal-Milied fil-kapitali Ġermaniża.
Il-prosekuturi qalu li n-numru tat-telefon ċellulari tieghu nstab fuq il-mobile t’Anis Amri li qatel tnax il-persuna wara li seraq trakk u baqa’ dieħel bih ġon-nies.
Il-Pulizija Ġermaniza għamlet tfittxijiet fl-appartament kif ukoll il-post tax-xogħol ta’ dan ir-ragel biex jippruvaw isibu evidenza kontrih.
It-Tunezin l-iehor Anis Amri nqatel mill-pulizija f’Milan nhar il-Ġimgha li għadda.