Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’ filgħodu f’appartament fi Triq Forrest f’San Ġiljan.
Il-vittma mar fl-Għassa tal-Pulizija bid-dmija jitlob l-għajnuna, fejn issejħet ambulanza u ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Kien kmieni wara nofs in-nhar li l-Pulizija arrestat persuna ta’ nazzjonalita’ Taljana b’rabta ma’ dan il-każ.
ONE News hu nfurmat li t-Taljan mistenni jitressaq il-Qorti fis-siegħat li ġejjin akkużat b’ attentat ta’ qtil.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
ONE News hu nfurmat li ż-żgħażugħ Sqalli li kien fil-periklu tal-mewt ġie opperat matul il-jum u l-qagħda tiegħu qalbet għall-aħjar.