Il-Pulizija Kanadiża arrestat student Franċiż Kanadiż ta’ 27 sena, b’rabta mal-attakk imdemmi f’Moskea f’Quebec.
Alexandre Bissonnette qed ikun akkużat bil-qtil ta’ sitt persuni u bl-attentat ta’ qtil ta’ ħamsa oħra.
Fil-ħin tal-attakk fil-Moskea kien hemm mal-ħamsin persuna, u lil’hinn minn dawk mejta ndarbu dsatax oħra, b’uħud minnhom għadhom l-iSptar f’qagħda kritika.
B’rabta mal-istess attakk ġie arrestat ukoll Marokkin li qed jitqies bħala xhud ewlieni.