Ħidma bla waqfien minn sezzjonijiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ raġel li allegatament kien involut f’sensiela ta’ serqiet minn appartamenti fil-Gżira u fl-Imsida.
Il-Ħadd waranofsinhar, il-Pulizija nnutaw lir-raġel liebes l-iswed jaqbeż fuq xi bjut u mill-ewwel għarfu li kien l-istess persuna li kien qed jiġi mfittex.
Allegatament, ir-raġel kien qed jidħol fir-residenzi billi jaqbeż minn fuq il-bjut u jixxabbat fil-gallariji.
Ir-raġel, Sirjan ta’ sitta u għoxrin sena, kien arrestat ftit wara fi Triq C De Brocktorff, hekk kif kien ħiereġ minn residenza li allegatament kien fiha biex jisraq.
L-ewwel rapporti ta’ serq bdew fil-bidu t’April ta’ din is-sena.
Huwa se jitressaq il-Qorti aktar tard illum.