Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena, b’rabta ma’ serqa li seħħet nhar it-Tnejn li għadda minn ħanut fi Triq San Luqa, Tal-Pietà.
Fi stqarrija mill-Pulizija ntqal li minn investigazzjonijiet intensivi wasslu biex tiġi identifikata l-persuna li allegatament wettqet din is-serqa.
Il-Pulizija rnexxielha tikseb informazzjoni dwar fejn kien qiegħed l-allegat ħalliel u kien arrestat matul il-lejl li għadda fil-Belt Valletta.
L-allegat ħalliel qed jinżamm taħt arrest fil-lock-up fid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana u mistenni jistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.