Sqalli ta’ tmienja u erbgħin sena li jgħix il-Gżira, ġie arrestat mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Tas-Sliema b’rabta ma’ traffikar tad-droga kokaina.
Fi stqarrija tal-Pulizija ġie spjegat kif ir-raġel ġie arrestat ilbieraħ wara jiem ta’ osservazzjoni fuq residenza fi Triq Sir Charles Cameron fil-Gżira, b’suspett li fiha kien qed isir traffikar ta’ droga.
B’dan l-arrest, il-Pulizija esegwew mandat t’arrest fil-konfront tal-Isqalli.
Wara li ġie arrestat, saret tfittxija fir-residenza u l-vettura tiegħu fejn instabu madwar għoxrin qartas b’sustanza suspettata droga kokaina u madwar tlett elef ewro fi flus kontanti.
Ir-raġel qed jinżamm arrestat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u mistenni jitressaq il-Qorti għada.