Il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, Ingliż ta’ 59 sena residenti n-Nadur.
Hu ġie akkużat li llum stess, fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur, ħebb, hedded u kkaġuna feriti ħfif lil żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, kif ukoll li kiser il-bon ordni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li r-raġel wieġeb li mhux ħati għal dawn l-akkużi, huwa wieġeb li huwa ħati li għamel ħsara fuq vettura tal-istess żewġ uffiċjali.
Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u nżamm arrestat.