Finlandiż ta’ 44 sena ġie arrestat b’rabta ma’ ħasil ta’ flus fuq bażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.
Hu ġie arrestat minn appaartament fis-Swieqi matul il-jum tat-Tlieta f’operazzjoni imsejjħa ‘Webmaster’ li saret f’14-il pajjiż differenti inkluż f’Malta.
one.com.mt jista’ jiżvela li r-raġel li jismu Sami Kivela, hu kap ta’ organizazzjoni kriminali, li kienet il-moħħ wara diversi każi ta’ kriminalita’ madwar pajjiżi differenti.
L-Operazzjoni fuq skala Ewropea ġiet ikordinata mill-Eurojust u l-Europol u li tiffoka fuq flus li joriġinaw minn kriminalita’ organizzata u waslet għal arresti f’pajjiżi oħra.
L-Operazzjoni f’pajjiżna kienet ikkordinatta bejn diversi dipartimenti fi ħdan il-korp tal-Pulzija, fosthom, it-Taqsima tal-intelliġenza, It-Taqsima ta’ kontra r-reati ekonomiċi, l-Iskwadra ta’ kontra l-vizzji, t-Taqsima tar-relazzjonijiet internazzjonali li ġew assisti mill-‘Ispecial Intervention Unit’.
Huwa ġie arrestat fis-Swieqi fejn qed isiru diversi tfittxijiet. Filfatt għal xi ħin kellha tingħalaq it-triq.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fuq bażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-jiem li ġejjin.