Investigazzjonijiet intensivi li saru fl-aħħar sigħat b’rabta mat-theddid ta’ bombi fuq il-vapuri li joperaw bejn Malta u Għawdex wasslu biex matul il-lejl li għadda l-Pulizija arrestat raġel ta’ 43 sena, residenti l-Imqabba.
Huwa qiegħed jinżamm arrestat u qed jiġi interrogat dwar rapporti foloz.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Minn informazzjoni li kiseb One.com.mt jidher li l-każ ġie mistħarreġ mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra t-Terroriżmu tal-Korp tal-Pulizija. L-investigazzjonijiet wasslu għal raġel li ġie arrestat mill-Pulizija fid-dar tiegħu.