Serb ta’ erbgħa u tletin sena ġie arrestat mill-Pulizija wara li l-Ħamis filgħaxija daħal materjal illegali fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Waqt li kienet għaddejja logħba futbol, il-Pulizija li kienu xogħol f’dan il-post innutaw partitarju jixgħel flare u wara tefgħu fil-grawnd.
Minn filmati li ġew analizzati mill-Pulizija, seta’ jiġi identifikat ir-raġel u malli l-Pulizija avviċinawh, ipprova jaħrab.
Huwa nżamm mill-Pulizija u rreżista l-arrest.
Ir-raġel ittieħed l-għassa ta’ Birkirkara u wara l-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana. Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.