L-eks plejer Brażiljan Ronaldinho u ħuh ġew arrestati l-Ġimgħa fil-Paragwaj dwar allegat użu ta’ passaporti foloz biex jidħlu fil-pajjiż.
L-aħwa qalu li huma ngħataw id-dokumenti foloz meta waslu fil-belt kapitali Asuncion nhar l-Erbgħa li għadda. Huwa ġew interrogati mill-pulizija filwaqt li saret tfittxija fil-lukanda li kienu fiha.
Huma ċaħdu l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom.
Ġie rrapurtat ukoll li f’Lulju li għadda l-plejer internazzjonali kellu l-passaporti Brażiljan u Spanjol kkonfiskati fuq taxxi mhux imħallsa u kif ukoll ma’ ħallasx il-multi dwar bini llegali li bena f’riserva naturali.