Il-Pulizija Ingliża arrestat raġel ieħor b’rabta mal-attakk ta’ nhar il-Ġimgħa barra l-Palazz ta’ Buckingham fil-kapitali Ingliża.
Ir-raġel għandu tletin sena u jgħix f’Londra.
Sadanittant, l-ewwel raġel li kien arrestat – ta’ sitta u għoxrin sena minn Luton li kien arrestat il-Ġimgħa stess fejn seħħ l-attakk, qed ikun interrogat.
Fl-attakk b’sikkina biswit Palazz popolari u ffrekwentat ferm mit-turisti, indarbu ħafif tliet uffiċjali tal-Pulizija.
Dean Haydon, il-Kap ta’ kontra t-Terroriżmu ta’ Scotland Yard, qal li r-raġel saq apposta fuq karozza tal-Pulizija waqt li beda jgħajjat “Allahu Akbar”, fejn imbagħad twaqqaf mill-Uffiċjali.