Raġel ta’ 49 sena minn Bormla ġie arrestat ftit tal-ħin wara li allegatament ta n-nar xi bins li jinsabu f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ nhar it-Tlieta 19 ta’ Diċembru filgħodu meta raġel deher iqabbad żewġ bins, u jaħrab minn fuq il-post.
Immedjatament, bdew l-investigazzjonijiet u t-tfittxijiet għall-persuna li wettqet dan il-ħruq, filwaqt li ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo li ħatar inkjesta dwar il-każ.
Dawn l-investigazzjonijiet wasslu biex ġie identifikat ir-raġel, li jgħix Bormla, bil-Pulizija tarrestah ilbieraħ filgħodu f’Raħal Ġdid.
Waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, huwa mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.