Ġermaniż ta’ tnejn u tletin sena ġie arrestat kmieni dalgħodu fil-Gżira b’rabta ma’ allegat serqa li seħħet il-bieraħ it-Tlieta, f’ħanut f’Tas-Sliema.
Ir-raġel deher f’filmat jisraq u juża l-pepper spray sabiex iżomm lis-sid tal-ħanut il-bogħod waqt li hu kien qed jieħu l-flus mill-kexxun.
Is-serqa seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar minn ħanut fi Triq il-Creche.
Jirriżulta li r-raġel ħarab minn fuq il-post iżda dalgħodu r-raġel intlemaħ fil-Gżira u ġie arrestat minnufih mill-pulizija tal-RIU.