Il-kumpanija ġganteska Ġappuniża tal-karozzi, Nissan ipproponiet li tneħħi liċ-chairman Carlos Ghosn mill-pożizzjoni tiegħu wara dikjarazzjonijiet ta’ kondotta finanzjarja ħażina.
Il-kumpanija qalet li wara li saret investigazzjoni interna għal għadd ta’ xhur, irriżulta li Ghosn kien qed jonqos milli jirrapporta l-pakkett tas-salarju tiegħu.
Barra minn hekk, instab ukoll li kien qed jagħmel użu personali mill-assi tal-kumpanija.
Skont rapporti fil-midja Ġappuniża, Carlos Ghosn ġie arrestat f’Tokyo.