Ġuvnott ta’ erbatax-il sena li filmat tiegħu jiżfen il-Macarena fuq Twitter inxtered ma’ kullimkien spiċċa ġie arrestat mill-awtoritajiet.
Dan wara li qed ikun akkużat b’imġieba mhux xierqa fil-pubbliku hekk kif żifen fi triq fl-Arabja Sawdija.
Għadu mhux ċar x’inhi n-nazzjonalita tiegħu jew jekk hux se jkun formalment akkużat minn prosekutur pubbliku. Fil-filmat tiegħu ta’ ħamsa u erbgħin sekonda, iż-żagħżugħ jidher iwaqqaf it-traffiku filwaqt li jiżfen ma’ din id-diska popolari tad-disgħinijiet.