Ġuvni ta’ 22 sena qed jinżamm arrestat b’suspett li qatel sitt persuni fi sparatura f’Illinois waqt parata li kienet qed issir biex jiġi ċċelebrat Jum l-Indipendenza fl-Amerika.
Huwa nqabad mill-pulzija ftit tal-ħin wara li seħħ il-każ.
Il-ġuvni spara tiri bi xkubetta minn fuq bejt għal fuq l-ispettaturi li kienu waqt iċ-ċelebrazzjonijiet.
Apparti l-fatalitajiet, f’dan l-attakk weġġgħu għexieren ta’ persuni oħra, hekk kif il-festa ta’ ċelebrazzjoni inbidlet f’sitwazzjoni ta’ paniku ftit tal-ħin wara li bdiet.
Il-President Amerikan Joe Biden, qal li jinsab ixxukkjat b’dak li ġara. Il-ġimgħa li għaddiet, huwa ffirma l-ewwel abbozz federali sinifikanti fl-aħħar 30 sena, dwar aktar kontroll fl-użu tal-armi fl-Amerika, il-kontinent, fejn skont il-Gvernatur Demokratiku ta’ Illinois, dwan l-attakki qed isiru ‘tradizzjoni Amerikana’.
Fl-Amerika, dawn l-attakki saru komuni, fil-fatt, mill-bidu ta’ din is-sena lil hawn seħħ minn tal-inqas attakk f’ġimgħa.