Dinglin ta’ 44 sena iżamm fil-kustodja tal-Pulizija wara li nstabu ta’ 2,500 pillola ecstasy, 250 gramma kokaina, ammont żgħir ta’ raża tal-kannabis fir-residenza tiegħu u arma tan-nar mhux reġistrata.
Il-pulizija sabet dan l-ammont konsiderevoli ta’ droga għand Herman Sant fl-10 ta’ Marzu li għadda wara spezzjoni minħabba suspett ta’ żamma ta’ armi mhux reġistrati.
Apparti pussess tad-droga u l-arma, Sant kien akkuzat ukoll li beżża’ lis-sieħba tiegħu bi vjolenza, li heddidha u li weġġagħha.
Sant wieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest, iżda l-Magistrat Ian Farrugia irrifjuta t-talba, għax skontu, dan imur kontra l-interess tal-ġustizzja. Dan wara li l-prosekuzzjoni argumentat li dan huwa każ serju li għadu fl-istadji bikrin t’ investigazzjoni u li jista’ jwassal għal iktar arresti.A