Daniż ġie arrestat mill-pulizija f’Buġibba wara li nstab fil-pussess ta’ kilo u nofs trab abjad suspettata li hija d-droga kokaina.
L-arrest seħħ wara li l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga kienet għal diversi jiem tosservah.
Waqt tfittxija li saret fir-residenza tad-Daniż instabu wkoll oġġetti relatati mad-droga flimkien ma’ ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.
Filwaqt li d-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li martu u bintu jistgħu jittelgħu bħala xhieda f’dan il-każ.
Il-Qorti wkoll ċaħdet it-talba biex ikun hemm divjett fuq isem l-akkużat.