Turist Amerikan li kien arrestat fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’pussess ta’ arma tan-nar u munizzjon, kien immultat erba’ mitt ewro u ngħata sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiżi għal tmintax-il xahar.
Gabriel Craig Murphy ta’ wieħed u erbgħin sena minn Florida fl-Istati Uniti twaqqaf fl-ajruport. Bil-Pulizija tgħid li r-raġel ikkopera u obda l-ordnijiet tagħhom.
Wara li l-Qorti kkunsidrat l-imġiba tiegħu waqt l-arrest u fl-awla, ingħata sentenza sospiża u multa, filwaqt li ordnat li ma jingħatax liċenzja tal-armi tan-nar għall-ħames snin li ġejjin.