Il-Pulizija kkonfermaw li qed iżommu persuna b’rabta mal-hit and run li ħalla Olandiż ta’ għoxrin sena bla ħajja fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
Bil-karozza li allegatament kienet involuta nstabet ipparkjata mal-promenade ta’ Birżebbuġa. F’dan l-istadju l-Pulizija mhix tagħti iktar dettali jiżda huwa mifhum li l-investigazzjoni ħadet xejra oħra.