Passiġġier li kellu l-affarijiet inspezzjonati mill-uffiċjali tad-Dwana mal-wasla tiegħu minn ruma, instab li kien fil-pussess ta’ borża bil-weraq tal-Khat. Hu nstab ukoll li kellu dokumenti foloz hekk kif iffalsifika permess ta’ residenza Taljana.
Hu ġie arrestat mill-Pulizija wara li ġew infurmati b’dan il-każ.
Il-Kat hi tip ta’ pjanta li tintuża bħala droga fejn il-forzi ta’ kontra l-abbuż tad-droga ilhom jaħdmu kontra t-traffikar ta’ din il-pjanta minn meta l-Organizzazzjoni għas-Saħħa Dinjija kklassifikaw din il-pjanta bħala droga.