Raġel armat ġie arrestat fiċ-ċentru ta’ Sydney b’rabta ma’ każ li fih mara qalgħet daqqiet ta’ sikkina.
Il-Pulizija Awstraljana qalet kif ir-raġel kien qed jippjana biex jattakka aktar persuni u kif kien hemm diversi xeni ta’ reat fejn fortunatament dawn l-attakki ma rnexxux.
Il-mara midruba ttieħdet l-isptar fejn fortunatament tinsab f’qagħda stabbli.