Madwar 1,100 landa snus (tabbakk li tomgħod) kienu maqbuda minn uffiċjali tad-dwana stazzjonati fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Il-każ seħħ iktar kmieni llum u nstabu f’bagalja ta’ passiġġier li kien ġej fuq titjira minn Stockholm, l-Iżvezja. Il-passiġġier huwa Malti u se jkun akkużat fil-qorti li importa biex ibiegħ sustanza li hija llegali. Il-ħidma tad-Dipartiment tad-Dwana biex titwaqqaf l-isnus ilha għaddejja żmien. Dan it-tabbakk huwa popolari ħafna ma’ ċittadini skandinavi.