Għażel ħin pjuttost stramb meta jimrad! Persuna li kienet ma tiflaħx abbord titjijra tal-Emirates fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta wassal biex titjira għal Dubai ittardjat b’siegħa. Għal bidu kien maħsub li kien seħħ arrest, tant li persuni ċemplu din il-kamra tal-aħbarijiet. Iżda aktar tard il-Pulizija spjegaw li kien każ ta’ mard, u l-ajruplan mistenni jitlaq fil-ħin li ġej.