Sewwieqa li jgħaddu mill-pjazza ta’ Raħal Ġdid se jesperjenzaw bidla fir-rotta hekk kif issa daħal f’fażi oħra l-proġett li għandu jagħti dehera ġdida lil din il-pjazza biex fiż-żmien mhux imbiegħed tkun fost l-isbaħ f’pajjiżna.
Fit-tieni għodwa li fihom kienu qed jintużaw l-arranġamenti l-ġodda tat-traffiku ltqajna fuq il-post ma’ Kevin Zahra, Maniġer fi ħdan Transport Malta, li assigur li l-impatt fuq min juża t-trasport pubbliku jew min juża l-karozza privata tiegħu, se jkun mill-inqas.
Pereżempju dawk li jkunu ġejjin mill-inħawi taż-Żejtun u l-Gudja għall-Raħal Ġdid m’hu se jsibu l-ebda differenza fir-rotta tagħhom.