B’rabta mal-avvenimenti relatati mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għada, 27 ta’ Jannar 2017, se jkun restritt it-traffiku u mhux se jkun permess li jsir parkeġġ fit-toroq u fil-ħinijiet indikati, ġewwa l-Belt Valletta:
ŻONI MINGĦAJR PARKEĠĠ
Bejn il-05.00hrs – 16.00hrs
Ir-residenti tal-Belt Valletta għandhom il-permess li jħallu l-vettura pparkjata sas-06.00, mil-lejl ta’ qabel
- Triq ir-Repubblika – bejn Triq l-Arċisqof u Triq San Kristofru
- Triq L-Arċisqof – bejn Triq San Pawl u Triq l-Ifran
- Triq it-Teatru l-Antik – bejn Triq il-Merkanti u Triq l-Ifran
- Triq l-Ifran – bejn Triq it-Teatru l-Antik u Triq San Bastjan
- Triq Merkanti – bejn l-Fosos ta’ Sant Iermu u Triq L-Arcisqof
Bejn il-0500hrs – 1600hrs
Ir-residenti tal-Belt Valletta għandhom il-permess li jħallu l-vettura pparkjata sas-0600hrs mil-lejl ta’ qabel
- Triq il-Mediterran – bejn Triq San Nikola u l-Fosos ta’ Sant Iermu
- Il-Pjazza tal-Evans
- Il-Fosos ta’ Sant Iermu – bejn Triq il-Lanez u l-Pjazza tal-Evans
- Triq it-Tramuntana – bejn Triq Merkanti u l-Pjazza tal-Evans
- Triq Marsamxett – Minn Triq San Mark Sal-Gun Post (Ring Road)
- Triq San Bastjan – bejn Triq il-Lanez u l-Gun Post (Ring Road)
- Xatt il-Barriera – bejn ir-roundabout tat-Telgħet Ta’ Liesse u l-Monument tal-Qanpiena (Ring Road)
- Triq l-Assedju l-Kbir – Minn Triq Hanibal Scicluna sa Marsamxett
MATUL IL-ĠURNATA KOLLHA
L-inħawi ta’ madwar il-lukanda Excelsior:
- Pjazza Hannibal Scicluna – il-parkeġġ kollu
- Triq Hannibal Scicluna – bejn Triq l-Assedju l-Kbir u il-Bażi Marittima tal-AFM, inkluż il-parkeġġ
- Xatt it-Tiben – bejn il-Bażi Marittima tal-AFM u l-lukanda Excelsior
- Belt Is-Sebħ – bejn l-Ospizio u Triq Hannibal Scicluna
- Triq Joseph Mangion – bejn il-Librerija Pubblika ta’ Malta u Bieb il-Polverista, inkluż l-inħawi ta’ Ġnien is-Swar tal-Msida
Restrizzjonijiet tat-Traffiku:
L-Aċċess mad-dawra tal-Belt bejn il-Baviera u Dar il-Mediterran ser ikun restritt għat-traffiku bejn is-07.00 u l-17.00 ħlief għal ħruġ mit-toroq tal-Belt.
L-Aċċess għal Xatt il-Barrieri bejn ir-Roundabout Ta’ Liesse u Dar il-Mediterran ser ikun ristrett bejn is-07.00 u l-17.00 ħlief għar-residenti.
L-Aċċess għal ġo Triq l-Arċisqof minn Triq San Pawl ser ikun magħluq bejn is-07.00 u l-17.00.
L-Aċċess għal ġo Triq ir-repubblika mill-Kantuniera ma Triq San Kristofru ser ikun magħluq bejn is-07.00 u l-17.00.
L-Aċċess u l-parking fiż-Żona tal-Madwar tal-lukanda Excelsior huwa restritt għat-traffiku fil-ħinijiet kollha, ħlief għal persuni akkreditati u klijenti tal-lukanda Excelsior, il-Librerija Pubblika, ir-Restoration Unit, Impjegati tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, Membri tat-Taqsima Marittima AFM u impjegati u klijenti tal-Istabbiliment Haywharf.