72 rekluti ġodda sabu ruħhom fil-Forzi Armati ta’ Malta.
Iltaqajna ma’ erbgħa minnhom; uħud jinsabu fi friegħi li l-pubbliku jassoċċja mal-ewwel ma’ karriera militari, u oħrajn f’oqsma li minkejja li jagħmlu ħafna xogħol, ħafna ma jobsrux li jagħmlu parti mill-qasam militari ta’ Malta.
Graziana Camilleri, per eżempju, għandha 29 sena u qiegħda twettaq xogħol relatat ma’ finanzi. Ryan Mallia jinsab fil-qasam tal-informatika u Carly Caruana tagħmel parti minn sezzjoni li tħares is-sigurtà f’avvenimenti kbar. Umbagħad iltqajna ma’ Ryan Scicluna mis-sezzjoni li twettaq ħidma meta jkun hemm biża ta’ xi bomba.