Il-partitarji tat-tim nazzjonali Malti qed iħeġġu lill-poplu Malti u Għawdxi biex jarma l-gallariji u t-twieqi bil-bandiera ta’ Malta mil-lum.
Dan hekk kif spjegaw kif bħalissa “qed nesperjenzaw xi ħaġa li qatt ma mmaġinajna li ngħixu,” fejn nhar it-Tlieta Malta għandha ċans li tirbaħ il-grupp wara logħba oħra futbol kontra l-gżejjer Faroe.
Sostnew kif din id-darba se jkunu qed jarmaw b ‘appoġġ għat-tim nazzjonali ta’ pajjiżna, proprju kif isir waqt logħba tat-Tazza tad-Dinja bi bnadar ta’ pajjiżi oħra.