Suċċess għall-atleta malti Kersten Mercieca fil-kompetizzjoni tal-Arm Wrestling ‘Super Match’ fl-Italja.
Din il-kompetizjoni internazjonali kienet organizzata mill-Federazzjoni Taljana tal-Arm Wrestling u fiha ħadu sehem mas-700 atleta.
Din il kompetizjoni kienet ukoll kwalifikazjoni għall-kompetizzjonijiet internazzjonali ‘East vs West” u għall- ‘Europeans’. Ikkwalifikaw biss l-ewwel żewġ atleti mill-kategorija tagħhom.
Kersten spiċċa t-tieni fil-kategorija Senior 85kg right arm. L-ewwel żewġ rebbieħa għamluwha flimkien fl-Overall Category, u hawn Kersten ġie fl-ewwel post minn 700 atleta.
L-impenji li jmiss għal Kersten issa jkun fit-3 ta’ Mejju fis-‘Supermatch 1 to 1’, l-awa minn ħamsa kontra ċ-champion ewropew tal-85kg Toms Rozits. Kompetizzjoni li se tkun organizzata minn ‘Lion Pride Arm Wrestling League’.
Imbgħad f’Ġunju se jikkompeti f’isem l-Italja fil-‘Europeans’ ir-Rumanija.