Żewġ deċiżjonijiet tal-Qorti fl-istat Amerikan ta’ Arkansas wasslet biex seba’ persuni twaqqfu milli jingħataw il-piena tal-mewt. Dawn kienu ngħataw is-sentenza u kellhom imutu f’temp ta’ ftit jiem.
L-ewwel deċiżjoni, li ttieħdet ilbieraħ filgħaxija, waqqfet l-eżekuzzjoni ta’ Stacey Johnson, biex isiru eżemijiet ġodda tad-DNA, li jippermettulu juri jekk hux innoċenti. Huwa kien akkużat u misjub ħati tal-mewt ta’ Carol Heath, li nqatlet u kellha l-gerżuma mċarrta fl-appartament tagħha fl-1993. Gruppi ta’ drittijiet umani ilhom jilmentaw dwar il-mod li bih isiru l-eżekuzzjonijiet…normalment tmienja fi ħdax-il jum.