Il-kantanta Amerikana Ariana Grande żaret lis-segwaċi tagħha li spiċċaw feruti wara l-attakk terroristiku tax-xahar li għadda li seħħ wara kunċert tagħha f’Manchester.
Hija qattgħet ammont sostanzjali ta’ ħin mat-tfal fir-Royal Manchester Children’s Hospital waqt żjara li għamlet b’sorpriża qabel il-kunċert tal-Ħadd.
L-aggressur Salman Abedi qatel tnejn u għoxrin persuna u weġġa għexieren oħra fl-attakk suwiċida li wettaq fit-tnejn u għoxrin ta’ Mejju quddiem Manchester Arena.
Il-Ħadd se jkun qed isir il-kunċert One Love Manchester fl-Old Trafford cricket ground. Kunċert li se jsir biex jinġabru fondi għall-vittmi u l-qraba tagħhom.
F’dan il-kunċert se jieħdu sehem ukoll Justin Bieber, Katy Perry, Coldplay, Take That u Miley Cyrus.