Ariana Grande se tkun qed tirritorna lura f’Manchester biex ittella’ kunċert li l-qliegħ tiegħu se jkun qed imur kollu għall-vittmi li tilfu ħajjithom fl-attakk li seħħ waqt il-kunċert tagħha t-Tnejn li għadda.
Il-kantanta ta’ fama internazzjonali qalet li “qalbha, it-talb tiegħu u l-kondoljonzi” huma mal-vittmi tal-attakk ta’ Manchester.
“Ma rridx li nagħmel sena ma narax, ma nżommx u ma ngħinx biex intella’ l-moral tas-segwaċi tiegħi,” qalet il-kantanta.
Id-dettalji tal-kunċert se jkunu qed joħorġu hekk kif il-kunċert ikun ikkonfermat.
L-attakk ta’ nhar it-Tnejn ħalla 22 persuna mejta, fosthom tfal u żgħażagħ, li tilfu ħajjithom wara li estremist sploda lilu nnifsu ftit wara li spiċċa l-kunċert ta’ Grande f’Manchester Arena.