Argumenti sħan bejn ix-Shadow Minister Marthese Portelli u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri iddominaw ħafna mil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp li kien qed jiddiskuti l-masterplan ta’ Paceville.
Portelli lmentat li l-kumitat kien qed jitalab itemm ix-xogħol u jirraporta lill-Plenarja meta l-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet kienu għadhom ma tawx lill-Oppożizzjoni informazzjoni mitluba.
Minkejja dawn l-ilmenti, Portelli ħasset li kellha biżżejjed informazzjoni biex tarmi l-pjan, tisisti li għandu jkun “skrappjat” u jinħadem mill-ġdid. Meta Schembri staqsiet lill-Oppożizzjoni jgħidu x’inhuma l-oġġezzjonijiet speċifiċi tagħhom għall-pjan, l-oppożizzjoni rrifjutat, ħlief li Portelli semmiet Mercury House.
Portelli irrifjutat twieġeb mistpqsijiet tal-president tal-kumitat Franco Mercieca għax qalet li t-tweġibiet ta’ “iva” u “le” li ried ma kienxu iħallu spazju għal pożizzjonijiet differenti li l-Oppożizzjoni tista’ tieħu fil-ġejjieni.
Callus allega li l-mistoqsijiet ta’ Mercieca dehru li kienu oriġinati minn xi ħadd ieħor.
Is-Segretarju Parlamentari Schembri spjegat li l-Gvern irid pjan li jista’ jaħdem u jindirzza l-bżonnijiet taż-żona billi jakkomoda l-proġetti eżistenti. Dal-pjan se jiġi modifikat u l-kummenti tal-Oppożizzjoni u tal-pubbliku se jittieħdu in konsiderazzjoni.