Fl-aħħar ħinijiet kien hemm batibekki fil-Parlament bejn deputati tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia u ta’ Simon Busuttil. Batibekki fil-miftuħ li jkomplu mat-tgħajjir fil-konfront ta’ Adrian Delia minn dawk li qed imorru jipprotestaw.
Marlene u Godfrey Farrugia dehru jitgħajru mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli u fl-istess mumenti anke Simon Busuttil u Adrian Delia dehru mhux qed jaqblu ma’ xulxin.
“F’nofs dan il-batibekk Godfrey Farrugia għajjar lil David Agius żibel.”