Għall-ħabta tas-18.30 fi Triq in-Naxxar Birkirkara, seħħ argument wara ħabta bejn żewġ vetturi. Wieħed mill-irġiel involuti f’dan l-argument inżamm mill-Pulizija biex l-argument ma jeskalax.
Huwa mifhum li l-Pulizija ġabret lasta minn taħt waħda mill-vetturi u li l-Pulizija, bħala parti mill-investigazzjoni, daħlet f’residenza fl-istess triq li fiha seħħ l-argument.