Filippin weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li kkawża ġrieħi gravi lill-kollega tiegħu fuq vapur reġistrat Malta.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud deher Marcos Dingcong Castor ta’ tmienja u erbgħin sena mill-Filippini.
Il-każ seħħ nhar is-sbatax ta’ Ġunju waqt li l-vapur MV Solitaire kien fil-Golf tal-Messiku.
Hawnhekk l-imputat agredixxa b’mod gravi lill-kollega tiegħu.
Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joe Mifsud qal lill-Qorti ħadet fil-konsiderazzjoni l-fatt li hu ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, u għalhekk ingħata sentenza sospiża.