Raġel Grieg ta’ 25 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ persuni oħra, fejn dan tal-aħħar allegatament taħ daqqa ta’ arma taqta’ u bil-ponta.
L-inċident seħħ fil-05.00a.m fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa ta’ San Ġiljan għadhom għaddejjin.