Għall-ħabta ta’ l-erbgħa neqsin għaxra ta’ waranofsinhar seħħ argument fi Triq San Bastjan, Ħal Qormi. Raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Qormi stess safa’aggredit minn raġel li kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Fuq il-post issejjħet l-ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei u iktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr A. Micallef Trigona li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.